Coronavirus Futbol Sport

Fellaini l-ewwel plejer fis-Super League Ċiniż bil-coronavirus

L-eks midfielder ta’ Manchester United Marouane Fellaini kkonferma li hu pożittiv għall-coronavirus. F’kitba fuq twitter, il-Belġjan ta’ 32 sena qal li jittama li jirritorna għal-logħob kemm jista’ jkun malajr.”

Rapporti fil-media Ċiniża qalu li Fellaini jinsab f’iżolament fl-isptar ta’ Jinan li jispeċjalizza fil-mard infettiv. Il-plejer li fil-preżent jilgħab ma’ Shandong Luneng, beda jilgħab fiċ-Ċina s-sena l-oħra wara 11-il staġun fil-Premier League Ingliż ma’ Manchester United u Everton.

B’din id-dikjarazzjoni, Fellaini sar l-ewwel plejer fis-Super League Ċiniż li għandu l-coronavirus. Stqarrija tal-klabb tiegħu kkonfermat li l-plejer instab pożittiv waqt li kien qed josserva l-perjodu ta’ kwarantina. Huma kkonfermaw ukoll li t-temperatura tal-ġisem tal-plejer hi normali u rċieva aktar trattament u osservazzjoni.