Coronavirus Lokali Saħħa

“Hemm bżonn ta’ aktar għajnuna finanzjarja” – Franco Mercieca

Hemm bżonn li s-settur privat jingħata sostenn finanzjarju aħjar sabiex meta din il-kriżi tgħaddi minn fuq pajjiżna nkunu nistgħu nimxu malajr kemm jista jkun u mhux nibqgħu nzappu fit-tul.

Hekk sostna fuq il-midja soċjali l-eks Segretarju Parlamentari Laburista Franco Mercieca wara li aktar kmieni din il-ġimgħa l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar pakkett deskritt minnu nnifsu ġeneruż, liema pakkett ma niżluz tajjeb man-negozjanti u ħaddiema li esprimew id-diżappunt tagħhom l-għaliex stennew aktar għajnuna finanzjarja minn Gvern li ilu x-xhur jiffanfra b’surplus.

Filwaqt li faħħar lid-Dipartiment tas-Saħħa, it-tabib Mercieca appella għal aktar swabbings u testijiet sabiex tinstab kull persuna li potenzjalment seta’ kellha kuntatt ma’ persuna nfettata bil-COVID-19.