Coronavirus Internazzjonali

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel taħt kwarantina

Il-Kanċillier Ġermaniż, Angela Merkel, tinsab taħt kwarantina wara li tabib li ta vaċċin ittestja pożittiv għall-COVID-19.

Merkel kienet informata li t-tabib ittestja pożittiv ftit wara li indirizza konferenza l-Ħadd filgħodu fuq miżuri li jistgħu jittieħdu sabiex jitwaqqaf it-tixrid ta’ Coronavirus.

Fi stqarrija ntqal li l-Ġimgħa filgħaxija Angela Merkel irċeviet vaċċin ta’ prekawzzjoni kontra l-pulmonite.

Merkel, li għandha 65 sena mistennija tkun qed tissottoponi ruħha għal numru ta’ testijiet filwaqt li ser tkun qed taħdem mid-dar.