Lokali

Il-każi ta’ COVID-19 f’pajjiżna jitilgħu għal 90

17-il każ ġdid ta’ COVID-19 f’pajjiżna. Dan hekk kif issa n-numri ta’ dawk pożittivi għal dan il-virus jitla’ għal 90.

Madwar 60 pazjent qed jinżammu fi djarhom filwaqt li 27 qed jinżammu fl-Isptar Mater Dei u St Thomas Hospital.

L-anzjan li kien qed jinżamm fl-ITU, għadu qed jinżamm fl-istess sala iżda qiegħed f’qadgħa stabbli.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Prim Ministru ħabbar li ser jingħalqu l-ħwienet li qedgħin jipprovdu servizzi li mhux neċessarji. Jekk ikun hemm jikser din il-miżura, ser ikun qed jiġi mmultat €3000.

Ser jitwaqqfu ukoll servizzi mhux neċessarji bħall-Stilisti tax-xagħar , beauticians, tattoo artists u oħrajn. Ukoll, kull attivita’ pubblika ser tiġi imwaqqfa. Dan kollox ser ikun fis-seħħ mit-8 ta’ għada filgħodu.

10 każi mis-17 il-ġodda huma relatati ma’ safar.

  • 2 Każi relatati ma’ safar lejn l-Ingilterra – Tfajla Maltija ta’ 18- il sena u raġel Malti ta’ 73 sena.
  • 2 Każi relatati ma’ safar lejn l-Italja ta’ fuq – Svediż li jgħix f’Malta li għandu 50 sena u raġel Malti li għandu 22 sena.
  • Tifel Ungeriz li jgħix Malta u li missieru kien mar l-Ungerija u kellu kuntatt miegħu.
  • Finlandiż ta’ 24 sena li mar Vjenna.
  • Raġel Malti ta’ 52 sena li ġie mill-Marokk.
  • Mara Maltija ta’ 26 sena li kellha kuntatt ma’ persuna li kienet rriżultat pożittiva u li kienet marret il-Belġju.
  • Mara Maltija ta’ 46 sena li kellha kuntatt ma’ persuna li kien konfermat qabel u li kien mar il-Ġermanja.
  • Mara ta’ 55 sena li ma kellha l-ebda kuntatt ma’ persuni li siefru iżda l-partner tagħha jkollu kuntatt frekwenti mat-turisti

Is-7 każi l-oħra ġew trasmessi lokalment.

  • Malti ta’ 27 sena li jaħdem bħala Health Care Worker fl-Isptar Mater Dei
  • Indjan li jaħdem hawn Malta ta’ 42 sena
  • Mara Maltija ta’ 33 sena
  • Mara Maltija ta’ 53 sena
  • Mara Maltija ta’ 60 sena
  • Anzjan ta’ 74 sena
  • Somalu ta’ 28 sena li jgħix Malta.