Internazzjonali

Italja: 651 mejtin ġodda mill-coronavirus

L-awtoritajiet fl-Italja għadhom kemm żvelaw li mietu 651 oħra bl-effetti tal-coronavirus fl-aħħar 24 siegħa – bi 3,957 oħra jimirdu bl-infezzjoni.

Filwaqt li dawn xorta jibqgħu numri inkwetanti, in-numru tal-mewt hu anqas mir-rekord tal-imwiet mill-coronavirus rappurtat matul il-lejl tas-Sibt u li wasslu għal mewġa ġdida ta’ miżuri ta’ emerġenza min-naħa tal-Gvern Taljan.

Fl-Italja, s’issa, 7,024 persuna fiequ mill-coronavirus – biċ-ċifra turi żieda ta’ 952 każi ta’ fejqan fuq tas-Sibt.

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Angelo Borrelli, ipprovda din l-informazzjoni, bl-Italja qed tipprova tlaħħaq mal-akbar kriżi tal-Covid-19 fl-Ewropa. Borrelli awgura li ċ-ċifri tal-mejtin ikomplu jonqsu iżda insista bl-importanza li ‘it-Taljani kollha jibqgħu attenti.’