Lokali Saħħa

Konferenza tal-aħbarijiet LIVE fis-2pm

Illum fis-2pm, l-awtoritajiet tas-saħħa se jkunu qed jindirizzaw lill-media biex iwasslu l-aħħar aġġornamenti dwar is-sitwazzjoni f’Malta u l-każijiet ta’ Coronavirus li għandna sa issa. Dan hekk kif pajjiżna issa daħal fit-tielet ġimgħa ta’ din il-kriżi.

L-awtoritajiet tas-saħħa qed jappellaw lil kulħadd biex kemm jista’ jkun nibqgħu ġewwa fi djarna, u ma noħorġux jekk mhux verament neċessarju.

Il-konferenza tal-aħbarijiet se tixxandar mill-Ministeru tas-Saħħa.