Coronavirus Internazzjonali

Primark jagħlaq 189 stabbiliment fir-Renju Unit

Primark mistenni jagħlaq l-istabbilimenti kollha madwar ir-Renju Unit mil-lejla wara li l-każi ta’ COVID-19 eskalaw madwar il-pajjiż.

Sid l-istabbilimenti, Associated British Foods Plc ħabbru li ser ikunu qed jagħlquhom temporanjament u li kkanċellaw kunsinna qawwija mingħand is-suppliers tagħhom mill-Indja u l-Bangladesh.

Dan mhux l-ewwel stabbiliment li għalqu l-bibien tagħhom fir-Renju Unit wara li New Look ukoll għalqu b’mod indefinit.

Intant, l-istabbilimenti ta’ Primark fi Spanja, Franza u Italja kienu diġà ingħalqu b’miżuri sabiex jittaffa t-tixrid ta’ Covid-19