Internazzjonali

Terremot jheżżeż lill-Kroazja – persuna mejta

Il-Kroati fil-qalbha tal-Belt Kapitali Zagreb qamu maħsuda għal kollox wara theżżiża ta’ 5.3 fuq l-iskala Richter għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħodu ħin lokali.

Mill-ewwel rapporti jidher li sfortunatament tfajjel ta’ 15-il sena tilef ħajtu filwaqt li oħrajn spiċċaw midruba taħt it-tifrik.

It-terremot laqgħat ftit aktar minn 10 kilometri bogħod mit-tramuntana taċ-ċentru tal-Kapitali Kroata bit-theżżiża rrapportata li nħasset ukoll fl-Awstrija, Ungerija, Slovenja, u Bosnia Herzegovina.

Filwaqt li bosta binjiet iġġarfu, il-Ministru Intern Davor Bozinovic appella fuq il-midja soċjali sabiex il-pubbliku jibqa’ jżomm metru bogħod minn xulxin.

Dan l-għaliex huwa fakkar li minkejja dan it-terremot xorta waħda għad hemm it-theddida tat-tixrid tal-Coronavirus.