Internazzjonali

Coronavirus fl-Italja: 6,078 mewta b’kollox iżda qed jidher ‘xaqq ta’ dawl’

L-imwiet mill-coronavirus fl-Italja issa telgħu għal 6,078 – żieda ta’ 602 — bil-każi ta’ infezzjoni jiżdiedu għal 63,928 fil-pajjiż. Intant, mas-7,432 fiequ mill-effetti tal-Covid-19.

Għalkemm l-Italja sallum rreġistrat aktar imwiet mill-coronavirus miċ-Ċina, l-awtoritajiet qalu li fiequ 7,432 mill-coronavirus u li, skont l-aħħar riżultati, jistgħu qed jaraw ‘xaqq dawl’ fil-kriżi.

Sadanittant, mietu żewġ tobba oħra fil-kriżi tal-Italja, biex tellgħu l-vittmi fil-qasam mediku f’dan il-pajjiż għal dsatax. L-istatistika turi li mal-4,824 ħaddiem fil-qasam tas-saħħa spiċċaw infettati – id-doppju taċ-Ċina.

Il-Lombardija tibqa’ l-agħar reġjun milqut tal-Italja, b’Emilia-Romagna tkun it-tieni l-agħar reġjun Taljan li ġarrab l-impatt traġiku tal-Covid-19.