Coronavirus Internazzjonali Saħħa Transport Turiżmu

Cruiseliner b’aktar minn 250 marid abbord se jiddaħħal f’Perth

Ritratt: Getty Images
Il-passiġġieri, li bosta minnhom ġejjin mill-Ewropa, mhux se jitħallew jinżlu l-art

Cruiseliner, b’aktar minn 250 persuna marid, jinsab fi triqtu lejn il-belt Awstraljana ta’ Perth.

Għalkemm ħadd minnhom ma huwa kkonfermat bil-COVID-19, il-mexxej tal-gvern tal-istat tal-Punent tal-Awstralja, Mark McGowan, qal li rapporti jgħidu li mijiet minn dawk abbord il-vapur għandhom mard respiratorju, fosthom griżmejn muġugħa.

L-1700 passiġġier abbord, li bosta minnhom ġejjin minn pajjiżi Ewropej, fosthom il-Ġermanja, l-Italja u Franza, mhumiex se jitħallew jinżlu l-art.

Il-ġimgħa l-oħra, mijiet ta’ passiġġieri fuq il-cruiseliner, Ruby Princess, tniżżlu fil-port ta’ Sydney minkejja li kien hemm il-konferma ta’ każijiet ta’ COVID-19 abbord il-vapur.