Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Għat-tieni jum konsekuttiv jonqsu l-vittmi fl-Italja

Għat-tieni jum konsekuttiv, l-Italja reġgħet irreġistrat tnaqqis fin-numru ta’ mwiet mill-COVID-19.

Fl-aħħar 24 siegħa fl-Italja tilfu ħajjithom 600 persuna. Filwaqt li l-każijiet ġodda li ttestjaw pożittiv żdied b’4,789 biex issa t-total tela’ għal 63,927 każ.

In-numri ta’ dawk li fiequ jammonta għal 7,432.