Hong Kong se tipprojbixxi lit-turisti fil-belt u lil dawk li jużaw l-ajruport ta’ Hong Kong sabiex jeqibu minn titjira għal oħra. Dawn il-miżuri tħabbru mill-Kap tal-Gvern ta’ Hong Kong, Carrie Lam, u se jidħlu fis-seħħ minn nhar l-Erbgħa. Dawn il-miżuri ġew addotati ukoll f’Bangladesh wara li ġew irrappurtati 25 każ ta’ COVID-19
Intant, min-nofsinhar tal-Asja, il-każijiet ta’ COVID-19 fil-Pakistan qabżu s-700, biex issa sar l-aktar pajjiż f’din iż-żona b’każijiet irreġistrati. It-titjiriet internazzjonali f’dan il-pajjiż ġew imwaqqfa ukoll u l-Prim Ministru Pakistani, Imran Khan, ordna lockdown fil-provinċja ta’ Sindh.
Lockdown ieħor ġie ordnat fil-kapitali Indjana ta’ New Delhi sal-aħħar ta’ Marzu, fost popolazzjoni ta’ 17-il miljun persuna, kif ukoll f’għadd ta’ bliet oħra madwar il-pajjiż. Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa, il-każijiet fl-Indja telgħu għal 359 matul din it-tmiem il-ġimgħa.
Żewġ priġunieri mietu fi Sri Lanka waqt protesti li saru kontra l-waqfien tal-ħinijiet ta’ viżitaturi sabiex jikkontrollaw l-imxija tal-virus fil-pajjiż, li sa issa rrapporta 77 każ ikkonfermat biex b’hekk imponew curfew temporanju. Iżda l-Pulizija arrestaw kważi 2000 persuna talli injoraw il-curfew imposta fuqhom
//= $special ?>