Lokali

Iffullar żejjed fil-venda ta’ Buġibba

Numru kbir ta’ nies ġew innotati li kienu ffullati fil-venda ta’ Buġibba minkejja l-appell tal-Awtorità tas-Saħħa biex ma jinġemawx nies f’post wieħed.

Dan seħħ it-Tnejn filgħodu għall-ħabta tas-6 ta’ filgħodu meta bħal kull ġurnata oħra numru ta’ ħaddiema, fil-maġġoranza barranin, jkunu qed jaħsbulu għal ġurnata xogħol.

F’messaġġ fuq Facebook, diversi persuni urew it-tħassib tagħhom li minkejja t-talba kontinwa biex in-nies jevitaw kuntatt man-nies u joqgħodu ġewwa meta hu possibli. Dan b’riskju ikbar li mijiet jiġu nfettati b’COVID-19.

Fl-aħħar jiem, il-kumpanija Malta Public Transport kienet ħabbret li mhux se jibqaw jiġu aċċettati nies bilwieqfa fuq tal-linja għas-saħħa tal-passiġġiera u s-sewwieqa fl-isfond tal-pandemija tal-Coronavirus.

Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar it-Trasport, Toni Bezzina appella biex il-Gvern jindirizza din is-sitwazzjoni mingħajr dewmien.