Coronavirus Futbol Sport

Il-futbol Spanjol sospiż b’mod indefinit minħabba l-firxa tal-coronavirus fi Spanja

(Ritratt: EPA)

Il-futbol kollu fi Spanja nkluż La Liga, ġie sospiż indefinittivament hekk kif it-tixrid tal-coronavirus qed ikompli fil-pajjiż. Aktar kmieni dan ix-xahar, l-ogħla diviżjoni fi Spanja ġiet posposta għal ġimagħtejn. Il-Gvern Spanjol mhux se jagħti l-permess biex ikompli l-futbol sakemm ma jkunx hemm riskji ta’ saħħa. Fil-preżent, iċ-champions Barcelona jinsabu fil-quċċata żewġ punti fuq Real Madrid.

Il-Kampjonat Ewropew ġie pospost għas-sena d-dieħla u b’hekk ifisser li hemm aktar żmien biex jitlestew l-istaġun domestiċi. La Liga ħadet azzjoni wara li plejer tal-basketball ta’ Real Madrid, li juża l-faċilitajiet tal-klabb tal-futbol, nstab pożittiv għall-coronavirus. Il-Ħadd, il-Gvern Spanjol fittex li jestendi l-istat ta’ emerġenza li ġie ddikjarat qabel sal-11 ta’ April. In-numru ta’ każi rreġistrati fil-pajjiż telgħu għal aktar minn 33,000 każ filwaqt li l-mejtin qabżu l-2,000 persuna.