Lokali Parlament

Il-Gvern jibqa’ ma jridx iraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma; anki issa fil-kriżi tal-corona virus

– Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius qal li f’dawn iż-żminijiet diffiċli fil-kriżi tal-corona virus fejn qed jintuża iktar dawl u ilma, il-Gvern Laburista u Soċjalista qed jibqa’ ċass u ma jraħħasx il-kontijiet imqar ta’ Marzu u April.

Fil-parlament David Agius sostna li dan għandu jsir biex jittaffew l-ispejjeż u għalhekk l-Oppożizzjoni qedd tipproponi li jkun hemm iktar minn interonnecter wieħed mal-Ewropa li jsiru b’fondi tal-UE biex il-pajjiż jieħu l-enerġija bl-irħas prezz possibbli.

Din il-proposta li ma tiswiex daqs il-monument tal-korruzzjoni tal-Gvern Laburista li qed jisraq il-miljuni. Kieku dawn il-fondi għadhom hawn, il-Gvern ikun jista’ jixtri ħafna iktar mediċini għall-poplu Malti.

Il-Viċi-Kap tal-PN qal li l-proposta tal-PN taqbel mal-Patt Ekoloġika għall-2050 tal-Kummissjoni Ewropa għaliex hi mibnija fuq enerġija nadifa. Il-Gvern qed ikun tard fil-kriżi tas-saħħa li hawn il-pajjiż.

Hu kompla li meta xamm din il-kriżi, il-Gvern ma waqqafx l-influss ta’ persuni mill-Italja fejn kien hemm l-qofol tal-problema. Il-Gvern irid ikun pass jew tnejn ‘il quddiem minn qabel biex jevita tixrid lokali.

Il-Viċi-Kap tal-PN kompla li l-Oppożizzjoni lesta tibqa’ tgħin u se taċċetta li għada stess jitressaq l-Att dwar is-Saħħa Pubblika għaliex din hi fl-interess tal-pajjiż bħalissa. Hu kompla li l-poplu hu maħsud u f’paniku fejn qed imur jixtri u jara kif se jgħaddi l-ħin iżda l-Prim Ministru li qed ikun mitlub iserraħ ras in-nies u biex jiġi quddiem l-Oppożizzjoni u jispjega x’irid jagħmel biex issir diskussjoni dwar pakkett serju li jgħin lill-poplu kollu. Il-pakkett li għamel il-Gvern kien kkritikat mill-poplu u mill-imsieħba soċjali; il-€1.8 biljun tal-Gvern huma biss garanziji tal-banek u ħlasijiet differiti.

Dawn iridu jitħallsu iktar ‘il quddiem jew m’huma se jitħallsu qatt għax il-kumpaniji u n-negozji jkunu fallew. Dan waqt li lil Steward il-Gvern itiehom €70 miljun kull sena iżda qed jinvesti biss €25 miljun għas-saħħa f’dan il-mument ta’ kriżi.

Id-deputat Nazzjonalista kkritika lill-Ministru Silvio Schembri li ddikjara li l-Gvern se jkeċċi lill-ħaddiema barranin li jispiċċaw bla xogħol u lil Manwel Cuschieri li hedded lin-negozjanti. F’din il-kriżi irridu ningħaqdu mhux ninfirdu, appella David Agius, li kompla li l-poplu għandu jingħata s-serħan tal-moħħ; kemm lill-ħaddiema kif ukoll lin-negozji.

David Agius rrikonxxa l-ħidma tal-ħaddiema li jinsabu quddiem fil-battala kontra l-coronavirus fosthom dawk fis-settur mediku. Wara kull diżastru naturali u gwerra dejjem ġie perjodu ta’ stabbiltà, sostna David Agius, li appella biex kulħadd iżomm mad-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa. Hu rringrazzja lill-Professur Chairmane Gauci u lill-ħaddiema tas-settur tas-saħħa għall-ħidma li qed iwettqu.