Coronavirus Lokali Saħħa

Il-każi f’Malta jitilgħu għal 107

Sa issa jibqgħu biss tnejn il-persuni li fiequ mill-COVID-19

Is-Supritendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret li fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 17-il każ ieħor ġdid. Biex issa t-total tela’ għal 107 każi.

10 minnhom huma relatati ma’ safar barra minn Malta. Fiwaqt li s-7 l-oħra huma trażmissjoni lokali.

It-trażmissjonijiet lokali huma ta’ Maltija li taħdem fil-qasam tas-saħħa li ma kellha ebda travel history.

Raġel ta’ 34 sena li beda bis-sintomi fis-16 ta’ Marzu.

Mara mill-Ukrajna li tgħix Malta u li ma sifritx.

Mara ta’ 52 sena… li ma sifritx u ma kellhiex kuntatti ma’ nies li kienu sintomatiċi.

3 każi relatati ma’ xulxin: ta’ 14-il sena, ta’ 49 sena u 21 sena.

L-anzjan li bħalissa qed jinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva jinsab stabbli. Dawn filwaqt li l-każijiet kollha l-oħra jinsabu stabbli wkoll.

Sa issa jibqgħu biss tnejn il-każi li fiequ mill-COVID-19.

It-total ta’ testijiet li saru s’issa jitla’ għal 3099.

Il-Professur Gauci qalet li l-peadk ta’ din il-marda f’pajjiżna għadha ma ntlaħqietx.

Ikkummenta