Coronavirus Lokali

Il-programm NETLIVE iniedi l-kampanja #FLIMKIEN

Personalitajiet Maltin u barranin jingħaqdu flimkien f'kampanja pożittiva f'dan il-mument diffiċli

Illum Net TV, permezz tal-programm NETLIVE nieda kampanja li permezz tagħha qed jitwassal messaġġ pożittiv u ta’ kuraġġ għall-poplu kollu f’dan il-mument diffiċli ferm għal pajjiżna.

Il-ħsieb tat-tim tal-produzzjoni hu sabiex kuljum jitwassal il-messaġġ li FLIMKIEN bħala pajjiż u bħala poplu wieħed kapaċi noħorġu b’saħħitna minn dan il-mument diffiċli.

Din l-inizjattiva diġa’ ġibdet interess kbir mill-udjenzi ta’ Net TV.

Fil-kampanja ta’ NETLIVE qed jipparteċipaw kantanti, personalitajiet televiżivi, professjonisti, għalliema, sportivi, preżentaturi tar-radju, artisti, ħaddiema, personalitajiet barranin u anke karattri tat-tfal.

Fl-ewwel ġurnata ta’ din il-kampanja ħadu sehem il-karattri popolari ta’ Mini u Griz kif ukoll il-kantanta Ira Losco.