Lokali

Inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Tigné

Ħadd ma weġġa’ f’inċident li seħħ f’sit ta’ kostruzzjoni fiz-zona ta’ Tigné f’Tas-Sliema. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.20pm.

Għall-bidu, minuti wara li seħħ l-inċident, nies fuq il-post ħasbu li dan l-inċident kien ikkawżat minn bajla tal-konkos li kienet tinsab fl-istess sit ta’ kostruzzjoni. Aktar tard ħaddiema tal-post qalulna li l-inċident kien ikkawżat minn pajp tal-konkos li ġarrab xi ħsarat u dan ikkawża ħoss qawwi.