Lokali

Karozza tieħu n-nar fin-Naxxar, is-CPD tikkontrolla s-sitwazzjoni

Ħadd ma weġġa’ f’inċident li seħħ dalgħodu fin-Naxxar meta karozza ħadet in-nar. Il-karozza kienet tinsab ipparkjata fi Triq iċ-Ċilì meta l-pulizija għall-ħabta tal-9.40am ġiet infurmata li hemm karozza qed tieħu n-nar f’din l-imsemmija triq.

Fuq il-post marru minnufih membri tal-Protezzjoni Ċivili li ġabu taħt kontroll is-sitwazzjoni.

Aktar dettalji ‘l quddiem.