Coronavirus Sport Sport Ieħor

L-eks champion Olimpiku Van der Burgh iħabbar li ilu ġimagħtejn bil-coronavirus

(Ritratt: EPA)

L-eks champion Olimpiku tal-għawm Camero Van der Burgh qal li ilu għal dawn l-aħħar ġimagħtejn jissielet kontra l-coronavirus. Hu qal ukoll li l-atleti li qed jitħarrġu għall-Olimpjadi qed jesponu lilhom għal riskji bla bżonn.

Van der Burgh rebaħ il-midalja tad-deheb fil-100 metru breaststroke fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012 u l-fidda erba’ snin ilu f’Rio, qabel irtira fl-2018. L-eks atleta mill-Afrika ta’ Isfel ikkonferma li ħafna mis-sintomi tal-virus għaddew iżda xorta kien għajjien minn kull attività fiżika bħal eżempju mixja.

Fuq twitter, van der Burgh saħaq li dan hu l-agħar virus li qatt kellu minkejja li kien f’sikktu u b’pulmun b’saħħtu u jgħix ħajja sana. Minn kemm ilu li ħareġ il-coronavirus, mietu madwar 15,000 persuna.