Permezz ta’ stqarrija l-Uffiċċju tal-Ombudsman qal li jinsab sorpriż li l-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar se jkun qed jagħmel laqgħa nhar il-Ħamis li ġej.
Din il-laqgħa kienet ikkonfermata wkoll f’notifika tal-Planning Authority li ġiet ippubblikata fuq it-Times of Malta tal-lum.
L-istqarrija kompliet billi qalet li fis-16 ta’ Marzu tħabbru miżuri imposti mill-Gvern rigward l-imxija tal-Covid-19. L-Uffiċċju appella biex l-Awtorità timxi mal-istruzzjonjiet li ngħataw mill-Gvern u ma jsirux laqgħat minħabba din l-imxija.
//= $special ?>