Lokali Parlament

L-Oppożizzjoni tinsisti li l-pakkett finanzjarju li jmiss ikun diskuss fil-parlament

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista appellat biex qabel jippubblika u jħabbar il-pakkett finanzjarju li jmiss quddiem il-kriżi tal-corona virus, il-Gvern iressaq dan il-pakkett fil-parlament biex issir diskussjoni mal-Oppożizzjoni.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal fil-parlament li l-Oppożizzjoni kitbet lill-Gvern biex is-seduta tal-lum tkun sospiża biex fiha jkun diskuss il-pakkett finanzjarju li l-gvern qal li se jħabbar fil-ġranet li ġejjin.

Il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield wieġeb li l-pjani tal-gvern huma li din id-diskussjoni ssir fis-seduta tal-Erbgħa.