Coronavirus Sport Sport Ieħor

Olimpjadi 2020: Il-Kanada twaqqaf ‘il-atleti tagħha

Tissokta l-pressjoni fuq il-Kumitat Olimpiku biex jipposponu l-Olimpjadi ta’ din is-sena li għandhom isiru f’Lulju f’Tokjo, il-Ġappun, dan hekk kif il-Kanada waqfet lill-atleti tagħha milli jipparteċipaw.

Kelliem għall-Kanada qal li l-pajjiż ħa din il-miżura biex jipproteġi saħħet l-atleti ta’ pajjiżu mit-theddida tal-Covid-19.

Infatti il-Kanada qed tinsisti biex l-Olimpjadi jsiru s-sena d-dieħla.

Il-pajjiż tal-Amerka ta’ Fuq huwa wieħed mill-ewwel “pajjiżi l-kbar” li ħa din il-miżura, b’rapporti jgħidu li issa numru ta’ pajjiżi oħra hemm ċans isegwu u jwettqu dan l-istess pass.

Fuq Twitter bdiet ukoll kampanja għal posponiment