Coronavirus Futbol Sport

Posposti uffiċjalment il-finali tal-kompetizzjonijiet tal-UEFA

(Ritratt: EPA)

Il-UEFA kkonfermat li pposponiet it-tliet finali maġġuri tagħha tal-klabbs, jiġifieri l-finali tal-UEFA Champions League, il-finali tal-UEFA Europa League u l-finali taċ-Champions League tan-nisa. L-ebda data ġdida għadha ma ġiet skedata.

Il-futbol Ewropew bħalissa jinsab wieqaf minħabba t-tixrid tal-coronavirus. L-assoċjazzjoni Ewropea diġà skedat diversi kompetizzjonijiet qabel il-finali filwaqt li l-kampjonati domestiċi wkoll kellhom jibdlu l-kalendarju tagħhom.

Il-UEFA diġà kkonfermat li mistenni jkun hemm tibdil kbir fil-fażijiet ta’ kwalifikazzjoni għall-kompetizzjonijiet Ewropej tal-istaġun li ġej. Mhux eskluż ukoll li l-logħob jintlagħbu fis-Sibtijiet u l-Ħdud fis-sajf.

Tags