Coronavirus Lokali Saħħa

Transport Malta b’miżuri ta’ prekawzjoni

B’effett immedjat, id-dgħajjes kummerċjali u l-operaturi tal-water sports mhux se jkunu qed jitħallew jiżbarkaw il-passiġġieri mill-Imġarr, Għawdex jew minn postijiet oħra f’Għawdex jew Kemmuna.

Transport Malta qiegħda wkoll testendi l-iskadenza b’mod temporanju taċ-ċertifikazzjoni, reġistrazzjonijiet u permessi tad-dgħajjes kummerċjali, il-bastimenti ż-żgħar u l-irmiġġi.

Dawn jinkludu:

            –           Reġistrazzjoni ta’ bastimenti ż-żgħar

            –           Liċenzji Nawtiċi

            –           Ċertifikazzjoni ta’ dgħajjes kummċerjali

            –           Ċertifikazzjoni ta’ Kompetenza

            –           Permess ta’ rmiġġi

Huwa importanti li s-sidien tad-dgħajjes ikollhom polza tal-assikurazzjoni valida xorta waħda matul dan iż-żmien.

Transport Malta tirringrazzja lill-pubbliku tal-kooperazzjoni.