Lokali Parlament

Appell biex isiru bidliet fl-abbozz li l-Gvern ressaq dwar is-saħħa

– Jason Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi appella lill-Gvern biex jemenda l-Abbozz ta’ Liġi dwar is-Saħħa Pubbliku biex dan ma joħloqx problemi u diffikultajiet legali.

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li l-Gvern qed iħallas €200,000 kuljum li Steward biex dawn iħallu s-sodod vojta f’San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

L-Oppożizzjoni se tivvota favur dan l-abbozz mhux għax dan l-abbozz hu tajjeb iżda għaliex iċ-ċirkostanzi hekk jitolbu. Il-Gvern għandu jirrikonoxxi li dan l-abbozz se jkollu konsegwenzi fil-qorti.

Dan l-abbozz, li sar bla konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni jew mal-Kamra tal-Avukati, għandu irregolarità għax ma jistgħux jinbidlu l-ħinijiet tal-qorti; dan jista’ jikkaġuna problemi fil-futur.

Il-liġi ma tagħti l-ebda awtorità lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tbiddel il-ħinijiet legali dwar skadenzi, kuntratti, preskrizzjoni u dekadenza. Is-Supretendnet tas-Saħħa se jkollha l-poter li toħroġ ordni bla konsultazzjoni tal-Ministru.

Minkejja kollox, l-Oppożizzjoni aċċettat li tiddibatti u qed tipproponi u tikkopera iżda m’għandux jeħel il-poplu għaliex il-Gvern mhux preparat mill-aspett legali.

Jason azzopardi sellem lill-ħaddiema kollha fis-settur mediku li qed jagħtu kontribut kbir f’dan il-mument diffiċli.