Hemm bżonn ta’ għajnuna aktar diretta u tanġibbli mill-Gvern f’forma ta’ skemi għall-impjegati fl-oqsma l-aktar milquta.
Din hija waħda mill-miżura meħtieġa, qalet il-Kamra ta-Kummerċ, wara li fl-aħħar jiem għamlet sħarriġ fost il-membri tagħha. L-istħarriġ sar fid-dawl tal-miżuri li ħabbar il-Gvern il-ġimgħa li għaddiet.
Fl-istess waqt li sar l-istħarriġ, il-Kamra mexxiet ukoll E-meeting bil-parteċipazzoni ta’ 25 Kapijiet Eżekuttivi mill-qasam tal-finanzi, tal-innovazzjoni u dak bankarju.
Il-Perit David Xuereb mexxa l-laqgħa li serviet biex issir valutazzjoni ta’ soluzzjonijiet kreattivi u prattiċi sabiex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi, u sabiex tkun indirizzata l-qagħda staġnata ekonomika ta’ pajjiżna, kemm b’effett immedjat, kif ukoll għax-xhur u s-snin li ġejjin, fid-dawl tal-qagħda preżenti.
Dak kollu li ħareġ minn din il-laqgħa ingħadda lill-Prim Ministru ftit wara sabiex ikun diskuss fil-Kabinett.
Il-Kamra tal-Kummerċ qalet li hi se tibqa’ tkun proattiva fil-ħidma tagħha favur il-membri tagħha u l-impjegati tagħhom f’kull qasam sabiex ikun zurat li joħorġu minn dan iż-żmien ta’ sfida bl-anqas impatt negattiv possibbli.
//= $special ?>