Appell mill-President ta’ GREVIO, Marceline Naudi, sabiex tkun imħarsa l-Konvenzjoni ta’ Istabul f’dawn iż-żminijiet fejn l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin kontinwament jappellaw biex kulħadd joqgħod id-dar.
Naudi, qalet li f’dan iż-żmien fejn tista’ tgħid il-pajjiżi kollha ad-dinja resqin bilmod il-mod lejn lockdown, għandna nkunu konxji tal-ħafna nisa u tfal li għalihom id-dar mhux post sigur. Il-President ta’ GREVIO qalet li għalkemm nafu l-importanza li nwaqqfu l-imxijja tal-virus u li nassiguraw li s-servizz tas-saħħa tagħna jibqgħu mexjin bl-aħjar mod, irridu niftakru wkoll li ċertu restrizzjonijiet joffru aktar opportunitajiet ta’poter u kontroll għal min jabbuża.
Marveline Naudi tkellmet dwar nisa li mhux qed ifittxu kura medika minħabba l-biża li jieħdu l-virus. Hi żiedet tgħid li xelters għal vittmi ta’ vjolenza domestika f’ċerti zoni diġa qed jirriffjutaw li jdaħħlu persuni ġodda minħabba l-biża ta’ infezzjonijiet. Organizzazzjonijiet oħra qed jofru servizzi onlajn kif ukoll sapport b’servizzi telefoniċi, iżda dan ma jnaqqasx ir-riskji li hemm fuq nisa li qegħdin magħluqin ma’ min jabbuża minnhom f’post ristrett.
Il-President tal-GREVIO qalet li m’għandniex lanqas ninsew il-konsegwenzi ekonomiċi ta’ din il-pandemija, bħal telf ta’ impjiegi u dħul, u kif dan ukoll se jolqot lil nisa f’pożizzjoni vulnerabbli u jkompli jżid fuqhom id-dipendenza finanzjarja tagħhom fuq min jabbuża minnhom. Dan ikompli jagħmilha aktar diffiċli għal dawn in-nisa li joħorġu minn relazzjoni abbużiva.
Marceline Naudi fakkret li l-konvenzjoni ta’ Istanbul tibqa’ tapplika anke fiċ-ċirkostanzi preżenti. Din il-kovenzjoni titkellem dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa, inkluż il-vjolenza domestika.
GREVIO, il-Grupp ta’ Esperti Kontra l-Vjolenza Domestika, appllaw biex il-partijit kollha kkonċernati jagħmlu ħilithom kollha biex tkun żgrata l-kontinwità tas-servizzi li jagħtu sostenn u protezzjoni lil nisa u tfal f’riskju ta’ vjolenza. Dan ukoll bis-saħħa tal-aġenżiji tal-ħarsien tal-liġi, is-servizzi soċjali, il-qasam tal-ġustizzja, is-servizzi ta’ sapport speċjalizzati u l-ministeri kkonċernati.
//= $special ?>