Internazzjonali

Għexieren ta’ suldati Niġerjani mejta

Tal-anqas 70 suldat Niġerjan inqatel f’attak Jihadist. Dan qaluh sorsi tas-sigurtà u militari aktar kmieni llum.

Ġellieda sparaw bombi mwassla b’rockets fuq vann li kien qed iġorr it-truppi. Il-vann kien jinsab f’Gorgi, raħal fl-istat ta’ Borno.

Kelliem uffiċjali qal li din kienet telfa kbira hekk kif mill-inqas 70 suldat tilfu ħajrjithom fl-attakk.

It-terroristi iffukaw l-attakk tagħhom fuq il-vann bis-suldati. Fl-attakk il-vann ħa n-nar u dawk abbord kollha tilfu ħajjithom. Sa issa nstabu 70 katavru, iżda żgur li l-attakk ħalla aktar vittmi. L-operazzjoni tat-tfittxija għall-vittmi għadha għaddejja.

Il-konvoj ta’ suldati kien telaq mill-kapitali tar-reġjun, Maiduguri, u kien fi triqtu biex jiftaħ attakk fuq kamp tal-Jihadisti tal-Istat Iżlamiku li jinsab fiż-żona.

L-attakk ikompli mal-kunflitt li ilu għaddej għaxar snin u li ħalla 36,000 ruħ mejta.

Ikkummenta