Futbol Sport

Harry Kane jagħti aġġornament tal-kundizzjoni fiżika tiegħu

(Ritratt: EPA)

Harry Kane żvela li jinsab ġimagħtejn jew tliet ġimgħat bogħod milli jirritorna b’mod komplet u jkun jista’ jitħarreġ mal-ewwel tim b’mod komplet. Din l-aħbar tfisser li Kane mistenni jkun disponibbli jekk jew meta l-Premier League Ingliż ikompli wara l-pandemija tal-coronavirus.

Fl-Ingilterra mhu se jintlagħbu l-ebda logħob tal-anqas sat-30 ta’ April. Kane ilu ma jilgħab ma’ Tottenham minn meta weġġa’ fl-ewwel ġurnata tas-sena kontra Southampton. L-attakkant Ingliż qal lis-sit uffiċjali tal-klabb li mill-aspett ta’ rijabilitazzjoni u personali għaddej tajjeb. “Ninsab fi stadju tajjeb issa u nkompli naħdem b’ħafna rijabilitazzjoni u nistenna biex nara x’jiġri f’dan l-istaġun.”