Il-Bank of Valletta avża li b’effett immedjat qed iżid il-limitu fuq l-ammont tal-contactless cards u l-EPOS terminals għal €50.
Il-klijenti issa jistgħu jħallsu għal xirjiet sa €50 mingħajr il-bżonn li jdaħħlu l-PIN billi sempliċiment ipoġġu l-card mal-magna tal-EPOS tal-ħanut u b’hekk jiġi eliminat il-bżonn li wieħed imiss il-keypad tal-magna. Xirjiet ta’ iktar minn €50 wkoll jistgħu jużaw it-teknoloġija tal-contactless iżda jkun meħtieġ li jiddaħħal il-PIN.
Din hija miżura oħra li qed tiġi implimentata bl-għan li tikkontrolla l-imxija tal-COVID-19. Din il-miżura qed tiddaħħal għall-benefiċċju tal-klijenti u tal-impjegati fil-ħwienet. Apparti li l-pagamenti jsiru b’mod iżjed veloċi, qed jitnaqqas il-kuntatt mal-oħrajn u b’hekk jitnaqqsu r-riskji.
Aktar informazzjoni dwar il-contactless cards tista’ tinstab fuq https://bov.com/content/contactless-cards
//= $special ?>