Lokali Parlament

Il-Gvern għandu jagħti xogħlijiet lis-settur privat f’dan il-mument

– Ivan J.Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo sostna fil-parlament li biex jerġa’ jiġġenera l-ekonomija f’dan il-mument diffiċli tal-corona virus, il-Gvern għandu jagħti xogħlijiet lis-settur privat.

Fl-ewwel diskors tiegħu fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Ivan J.Bartolo qal li l-parlament qed jiffċċja waħda mill-ikbar sfidi f’din il-kriżi li qed timpatta l-ekonomija. Kulħadd għandu ajċċetta din ir-realtà biex joħroġ minn dan l-isqaq; biex dan jitwettaq jeħtieġ l-għaqda fil-pajjiż.

Is-setturi ekonomiċi kollha llum huma wieqfa minħabba l-corona virus

Jekk l-għaqda mhix se tinaħss fil-parlament mhux se tinħass barra. Jekk mhux se jkun hemm tolleranza u rispett fil-parlament mhux se jkun hemm rispett u tolleranza hemm barra. Id-deputati għandhom jagħtu eżempju.

L-isfidi tal-pajjiż huma ħafna, sostna Ivan J.Bartolo, li kompla li jekk is-sitwazzjoni tippersisti sa Ġunju l-impatt fuq l-ekonomija jkun ta’ 20% fuq dawn it-tliet xhur iżda jekk il-pajjiż jikseb normalità minn Lulju, l-ekonomija se tiċkien b’5%.

Bieb il-Belt; wieħed mill-iktar postijiet frekwentati llum bla nies u bla attività

Hu qal li meta jkun hawn normalità se tiskatta tellieqa bejn il-pajjiżi Ewropej biex dawn ikabbru l-ekonomija. Malta se tkun parti minn din it-tiġrija. Għalhekk Malta tkun lesta għal din it-tiġrija biex takkwista iktar milli titlef. Jeħtieġ li l-pajjiż jiffoka wkoll fuq is-sitwazzjoni għal wara l-kriżi biex l-eonomija terġa’ tikber.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-ekonomija trid tkun protetta biex jitħarsu l-interessi tan-nies; nistgħu nipproteġu l-impjiegi biss jekk ikunu protetti n-negozju. Bil-pakkett ta’ €175 miljun mill-Gvern ma jissolvewx il-problemi u huma ftit wisq għall-emerġenza li għandu l-pajjiż quddiemu.

Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-inizjattivi li qed jagħtu gvernijiet oħra fl-Ewropa iżda l-Gvern Malti qed jitkellem biss fuq €800 għall-ħaddiema. Hu qal li hemm spiża ikbar jekk il-Gvern ma jagħmel xejn. Mill-pakkett ta’ €1.8 miljun, 88% huma taxxi differiti u garanziji bankarji li l-effettività tagħhom hi minima. L-intrapriżi għandhom bżonn €700 miljun għat-tliet sxhur sa Ġunju, sostna Ivan J.Bartolo, li kompla li l-Gvern għandu jkun lest għat-tiġrija ekonomika. In-nies ma jafux kif il-pakkett se jkun implimentat.

Il-Qawra; post turistiku llum vojt min-nies

Il-Gvern irid ikun kreattiv, determinat u kuraġġjuż u jsir klijent ewlieni tas-settur priuvat biex jissostitwixxi s-sussidju għall-ordnijiet. Fis-settur tas-saħħa hemm ħafna li jista’ jsir bit-teknoloġija waqt li fl-edukazzjoni hemm ħafna inizjattivi li jistgħu jsiru bit-teknoloġija. Il-Gvern għandu l-opportunità biex il-proċess tal-Gvern stess jistgħu jkunu simplifikati minħabba li hemm ħafna proċessi li jistgħu jsiru min-negozji.

Il-kriżi qed teffettwa s-setturi kollha inkluż is-swieq miftuħa fosthom dak tal-Birgu

Dwar in-negozji, id-deputat Nazzjonalista qal li hemm negozji li ma jimpjegaw lil ħadd; dawn għandhom bżonn in-nies daqs kull negozjant ieħor. Hu qal li l-Gvern għandu joħloq task force mal-Oppożizzjoni biex jaħdmu mas-settur privat biex joħloq ideat li jżidu l-kompetittività ta’ Malta. Il-pajjiż m’għandux jibqa’ jaħseb fis-sussidju iżda fix-xogħol li jingħata lis-settur privat, sostna Ivan J.Bartolo, li appella biex in-negozji jittrasformaw ruħhom.