Coronavirus Lokali

Il-Gvern se jibqa’ għaddej biċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Ħelsien

Minkejja d-direttivi mill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex ma jsirux attivitajiet organizzati, infurzati saħansitra b’multi ta’ eluf ta’ ewro, il-Gvern xorta se jorganizza l-attivitajiet uffiċjali ta’ Jum il-Ħelsien.

Dan kien ikkonfermat ukoll fil-Gazzetta tal-Gvern tal-bieraħ (23 ta’ Marzu), fejn kien ippubblikat l-Avviż tal-Pulizija dwar l-għeluq tat-toroq fil-Birgu. Fil-fatt, bejn il-5am u s-1pm tat-Tlieta, se jkunu magħluqa t-toroq bejn Triq San Lawrenz u Xatt ir-Risq fil-Birgu.

Din hi ż-żona li twassal għall-monument li fuqu jsir it-tqegħid tal-fjuri, biċ-ċerimonja ssir filgħodu. Madankollu, din l-attività mistennija ssir fuq skala iżgħar, b’parteċipazzjoni iżgħar ta’ membri mill-Forzi Armati ta’ Malta.