Lokali Parlament

Il-Gvern kburi bl-isptar fabbrikat iżda ma jsemmi xejn dwar l-Isptar San Luqa

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne espriema kburija li l-Gvern ħa d-deċiżjoni li joħroġ offerta internazzjonali biex jinbena sptar fabbrikat ġdid ħdejn Mater Dei biex jagħti servizzi lil pazjenti morda bil-corona virus.

Fil-parlament Chris Fearne tkellem dar l-istrateġija tal-Gvern quddiem din il-mrda iżda ma semma’ qatt u imkien il-possibbiltà li jintuża l-Isptra San Luqa li kienu Steward żammew l-obbligi tagħhom fil-kuntratt. Lil Steward il-Gvern qed itiehom €70 miljun fis-sena u diġà ħadu €240 miljun iżda l-Isptar San Luqa għadu mitluq u ma kienx modernizzat kif suppost.

Il-Gvern ma jitkellimx dwar il-mod kif San Luqa seta’ intuża f’dan il-perjodu
kieku Steward wettqu l-obbligi tagħhom

Chris Fearne qal li l-Gvern irid iżid il-faċilitajiet tas-sodod tal-ITU u sostna li s’issa f’Malta dejjem kien hawn 20 sodda tal-ITU iżda l-pajjiż issa se jkollu żgur bżonn ta’ iktar sodod tal-ITU.

Għalhekk sar studju dwar kemm jista’ jiżdiedu s-sodod fl-ITU f’Mater Dei u anki kemm hemm tobba u infermiera li kapaċi jieħdu ħsieb il-pazjenti fl-ITU. Il-Ministru tas-Saħħa qal li minn 20 l-pajjiż jista’ jitla’ għal 100 li se jkunu lesti bil-ventilators b’kollox.

Fl-aħħar ġranet beda jidher li meta bdew jitwaqqfu l-operazzjoni li mhux bżonnjużi kien hemm hemm aktar infermiera u tobba biex jagħtu servizzi lil iktar minn 100 pazjent fuq 100 sodda.

Kien għalhekk li s-Sibt kien deċiż li tinaħreġ sejħa internazzjonali biex isir isir sptar li jinbena fi tmien ġimgħa dejn Mater Dei li fih ikollu 60 sodda ITU u 30 sodda high dependensy. Dan hu pass kuraġġjuż, sostna Chris Fearne, li qal li dan l-isptar se jkun qed isalva l-ħajjiet tal-Maltin u l-Għawdxin.

Għaddejjin diskussjonijiet ma’ sptar ieħor privat biex ikun għall-użu tal-pazjenti Maltin, sostna l-Ministur Fearne.