Lokali Saħħa

Il-kontejners bis-sodod tal-pazjenti ser jitpoġġew fiz-zona ta’ Mater Dei

Il-pre-fabricated hospital li l-Gvern ħareġ tender għalieh it-Tlieta filgħodu ser ikun qed jitqiegħed fiz-zona tal-Isptar Mater Dei.

Dan tħabbar mill-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi Carmen Ciantar f’intervista fuq ix-Xandir Nazzjonali fejn spjegat li l-isptar San Vinċenz De Paul ma ġiex ikkunsidrat minħabba li m’hemmx sodod ta’ ITU filwaqt li sptarijiet privati oħra ma ġewx ikkunsidrati minħabba li skontha kienu ‘l bogħod.

Carmen Ciantar spjegat li minkejja li l-Awtorità tal-Ippjanar tinsab magħluqa tinsab ċerta li mhux ser ikun hemm problemi sabiex joħroġ il-permess biex dan l-isptar jittella’ l-għaliex hi struttura temporanja li kif jgħaddi kollox ser tkun qed titneħħa.