Lokali Parlament

Il-liġi weħidha mhix biżżejjed biex tikkumbatti l-corona virus

– Maria Deguara, PN

Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara qalet fil-parlament l-liġi weħidha mhix biżżejjed biex tikkumbatti l-corona virus u jeħtieġ li l-poplu jobdi l-ordinijiet kollha tal-esperti mediċi.

Maria Deguara qalet li dan hu abbozz importanti u juri li minkejja d-differenzi il-Gvern u l-Oppożizzjoni qed jingħaqdu meta ċ-ċirkostanzi jitolbu. Hi sostniet li s-Supretendent ts-Saħħa Pubblika se jkollu l-poter li joħroġ ordnijiet imprtoanti dwar il-mard u biex ikun evitat it-tixird ta’ mard infettiv bħall-corona virus.

Mingħajr dan l-abbozz, l-ordnijiet tas-Supretendent tas-Saħħa jistgħu ma jkunux obduti bil-konsegwenza li l-virus iwassal għall-imwiet. Il-liġi weħidha mhix biżżejjed u jeħtieġ li l-poplu jobdi l-ordinijiet kollha tal-esperti mediċi.

Dawn l-ordnijiet ma jingħatawx b’kapriċċ iżda bi bżonn biex il-poplu jibqa’ b’saħħtu fi żmien hekk ikrah. Il-poplu jrid ibati biex jirbaħ lill-corona virus; għandu jitwarrab l-egojiżmu u jinġibed ħabel wieħed.

Id-deputat Nazzjonalista semmiet it-traffiku u qalet li t-traffiku qed jiżdied; li juri li l-poplu qed jillaxka. Hi kompliet li bil-liġi, fil-ġlieda se jkun hemm garanzija li l-ordnijiet jiġu obduti għax inkella jidħlu l-multi fis-seħħ; liema multi kellhom jgħolew għaliex il-kwaratina ma kinitx qed tkun osservata.

Hi semmiet l-importanza li l-poplu jobdi d-direttivi tas-saħħa u l-inġenji u li tingħata l-akbar attenzjoni għall-persuni vulnerabbli.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li jekk kulħadd jimxi mal-ordinijiet, il-virus ikun kontrollat malajr u trattat l-aspett tal-ekonomija u l-mod kif din qed tintlaqat.