Internazzjonali Kultura

Imut l-artist wara l-karattri ta’ Asterix

Albert Uderzo, li kien l-artist tal-karattri tal-kotba tal-comics Asterix, miet fl-età ta’ 92 sena.

Il-comics kienu jirrakkontaw l-avventuri ta’ żewġ ġellieda mill-Punent tal-Ewropa kontra l-Imperu Ruman. L-ewwel minn dawn il-cartoons dehru fuq magazine Franco-Belġjan jismu Pilote lura fl-1959.

Uderzo kien responsabbli għat-tpinġija tal-comics sakemm fl-1977, meta miet Goscinny, li kien jitkeb it-test tal-comics, Uderzo beda jikteb hu il-kliem tal-karattri.

Is-serje ta’ Asterix għada għaddejja sal-lum, iżda issa hija mmexxijja minn sidien oħra.

L-aħħar ktieb mis-sensiela jismu Asterix and the Chieftain’s Daugħter u kien imniedi f’Ottubru li għadda.

Albert Uderzo miet waqt li kien rieqed fid-dar tiegħu f’Neuilly fi Franza, kaġun ta’ attakk tal-qalb. Hu kien twieled l-Italja u għal 52 sena pproduċa t-tpinġijiet tal-dawn l-eroj tal-comics.