Coronavirus Internazzjonali

Ir-Renju Unit taħt lockdown ta’ tliet ġimgħat

Ir-Renju Unit illum sebaħ taħt lockdown ta’ tliet  ġimgħat hekk kif ilbieraħ filgħaxija il-Prim Ministru Boris Johnson ħabbar miżuri aktar stretti sabiex tkun imrażżna l-firxa tal-Coronavirus fil-pajjiż.

In-nies għandhom jibqgħu fi djarhom ħlief biex imorru għax-xogħol fejn hu assolutament neċessarju, biex jixtru affarijiet essenzjali, jaqdu bżonnijiet ta’ natura medika u għal eżerċizzju mhux iktar minn darba kuljum.

Il-ħwienet kollha ta’ oġġetti mhux essenzjali kienu ordnati jibqgħu magħluqa u kull ġemgħa fil-pubbliku ta’ iktar minn tnejn min-nies,sakemm ma joqogħdux fl-istess dar, hi projbita.

Johnson ħabbar li l-Pulizija ingħataw il-poteri biex jordnaw nies biex jitilqu minn postijiet pubbliċi u jimponu multi fejn hemm bżonn.

In-numru ta’ persuni li tilfu ħajjithom fir-Renju Unit kawża tal-Covid-19 issa tela’ 335.

Ikkummenta