Kummerċ Lokali

Is-Sub Uffiċċju tal-Posta fil-Gudja se jiftaħ biss filgħaxija

Il-kumpanija MaltaPost f’komunikat li ħarġet ħabbret li tixtieq tinforma lill-pubbliku li s-Sub Uffiċċju “CND Stationery”, li jinsab f’144, Vjal it-Torri, Gudja GDJ 1704, se jnaqqas is-sigħat tal-ftuħ u se jiftaħ biss filgħaxija, bejn l-4:30 p.m u s-7:30 p.m.

F’dawn il-ġranet, il-pubbliku jista’ juża s-servizzi li qed jingħataw mill-Fergħa Postali ta’ Ħal Luqa, li jinsab fi 11, Trejqa Dun Gulju Muscat, Luqa LQA 1450 -Sub Uffiċċju tal- Posta f’ Ħal Għaxaq, li jinsab f’Marcham Stationery, 4 Wesgħa Bir id-Deheb, Ħal Għaxaq GXQ 1651. MaltaPost qalet li tixtieq tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.