Il-kriżi tal-Covid-19 tkompli fl-Italja, hekk kif fl-aħħar 24 siegħa kienu 743 l-imwiet reġistrati fil-pajjiż ġar tagħna, kawża tal-virus.
In-numru tal-mejta f’perjodu ta’ 24 siegħa reġa żdied wara li fl-aħħar jiem kien irreġistsrat tnaqqis fil-mejta.
894 persuna fiequ fl-aħħar sigħat, biex b’hekk issa huma 8,326 in-numru totali ta’ Taljani li fiequ mill-virus. In-numru tal-persuni li fiequ it-Tnejn kien ta’ 408, inqas minn nofs dawk li ġew irreġistrati bħala li fiequ fl-aħħar sigħat.
In-numru totali ta’ infettati fl-Italjia issa huma 54,030, żieda ta’ 3,612 f’ġurnata waħda. It-Tnejn in-numru ta’ każi ġodda kienu 3,780.
Iċ-ċifri ġodda ġew imħabbra minn Angelo Borrelli, il-Kummissarju għall-Emergenzi, ftit minuti biss wara li l-Gvern Taljan approva aktar restrizzjonijiet u multi aktar ħorox għal min jikser id-direttivi maħruġa mill-awtoritajiet Taljani.
//= $special ?>