Coronavirus Internazzjonali Kurżitajiet

Ix-xwejjaħ, il-maskra u l-ħmara li jisimha Stella

Xejn ma jaqta’ qalb Marco Dessì. Anzjan ta’ 81 sena minn Meana Sardo, raħal ċkejken f’Sardegna, li ta kuljum għadu jmur jagħlef lill-annimali tiegħu.

Dessì ta’ kuljum jieħu l-prekawzjonijiet kollha, u armat bil-maskla, jerħilha fuq Stella, il-ħmara ġwejda tiegħu, biex imur jagħlef lin-ngħaġ, il-majjali u l-klieb li għandu fil-kampanja. Hu jkollu miegħu wkoll iċ-ċertifikat obbligatorju skont id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa, li juri li jista’ joħroġ.

Il-maskla tagħthielu n-neputija tiegħu, li hija nfermiera. “Ta’ kuljum”, qal Dessì, “insegwi l-aħbarijiet, u naf sew li dan il-virus huwa perikoluż”.

Ir-ritratt tax-xwejjaħ mar virali fuq il-media soċjali, u jagħti raġġ ta’ dawl lil pajjiż li jinsab mifni b’eluf ta’ każi ta’ Covid-19.

Ikkummenta