Fid-dawl taċ-ċirkostanzi preżenti, il-Bank APS qed jisħaq li se jibqa’ jagħti s-sostenn kollu lill-klijenti tiegħu u li se jibqa’ jirreċiproka il-fiduċja li dawn urew fih tul is-snin.
Stqarrija tal-istess bank tgħid li huma qed jieħdu azzjoni u qed jagħtu priorità lill-klijenti li qed jitolbu l-għajnuna f’dan iż-żmien diffiċli.
Il-Bank ikkonferma li filwaqt li qed iwieġeb għal kull talba li qed jirċievi bl-aktar mod effiċjenti possibbli, ġie appuntat ukoll Covid-19 Business Response Team li jista jwieġeb direttabment lill-klienti kummerċjali u tan-negozju u joffri miżuri ta’ sostenn skont il-bżonnijiet tagħhom.
Il-Bank qed jilqa’ talbiet minn klijenti kummerċjali għal moratoria kapital għal perjodu minimi ta’ 3 xhur skont iċ-ċiklu partikolari tal-qasam tagħhom. Il-Bank qed jikkonsidra wkoll talbiet għal żieda fl-overdraft, għal sospensjoni ta’ ftehim finanzjarji u miżuri oħra ta’ għajnuna skont il-bżonn. F’dawn il-każi kollha, miżati ta’ pproċessar mhux se japplikaw.
Miżuri oħra ta’ għajnuna se jiġu kkonsidrati skont il-bżonn, L-oqsma l-aktar milquta se jkunu qed jingħataw l-ewwel għajnuna filwaqt li qed ikun żgurat li t-talbiet kollha jiġu kkunsidrati.
Għall-klijenti l-oħra, l-aktar dawk b’loans fuq id-djar li għandhom nuqqas fid-dħul tagħhom jew ċirkostanzi oħra li qed jeffettwaw l-impjieg jew in-negożju tagħhom, il-Bank se jkun qed jirċiedvi talbiet għal moratorium kemm fuq il-kapital kif ukoll fuq l-interessi. Il-perjodu ta’ moratorium se jkun ġeneruż u miftiehem ma’ kull klijent skont il-każ. Mhux se japplikaw mizati ta’ pproċessar.
Klijenti kummerċjali huma mħeġġa jikkuntatttjaw lill Customer Relationship Manager direttament bit-talbiet tagħhom filwaqt li klijenti oħra għandhom jikkuntattjaw lill Branch Manager jew ir-Relationship Officer. Klijenti jistgħu ukoll jikkuntattjaw lill APS Contact Centre fuq 2122 6644 jew jibgħatu email lill-COVID-19 Business Response Team fuq covid19@apsbank.com.mt.
Il-Bank qed jaħde flimkien mal-Gvern, mal-Malta Development Bank u aġenżiji oħra fuq aktar soluzzjonijiet sabiex ikunu assistiti l-klijenti tiegħu.
//= $special ?>