Uffiċjali tas-saħħa fi New York qed iħejju pjanijiet sabiex tinġabar plasma mingħand persuni li rkupraw mill-Coronavirus, bil-għan li dan il-fluidi li hu mimli b’antibodies ikun injettat f’pazjenti li għadhom qed jiġġieldu kontra l-Covid-19.
Filfatt fl-aħħar ħin, il-Gvernatur Andrew Cuomo ħabbar żewġ interventi mediċi esperimentali – wieħed li jinvolvi t-trasfużjoni tal-plasma tad-demm, u ieħor li jinvolvi ittestjar tal-antibodies.
Trattamenti li jinvolvu l-użu tal-plasma jmorru ura għall-pandemija tal-1918, iżda esperti jemmnu li dan it-tip ta’ trattament issa jista’ joffri l-aqwa tama fil-ġlieda kontra l-virus ta’ din is-sena.
//= $special ?>