Coronavirus Futbol Sport

L-MFA b’inizjattiva mill-aqwa biex tgħin lill-ħaddiema tas-saħħa

Inizjattiva mill-aqwa tal-Malta Football Association li tat il-kontribut tagħha biex tgħin lis-soċjetà Maltija f’dawn iż-żminijiet diffiċli. B’ringrazzjament u sapport lejn il-ħaddiema tas-saħħa, l-MFA offriet is-sapport tagħha għal dawk li jista’ jkollhom bżonn akkomodazzjoni alternattiva fl-interess tas-saħħa pubblika.

L-MFA laħqet ftehim ma’ tliet lukandi biex numru ta’ kmamar ikunu għad-dispożizzjoni tal-Ministeru tas-Saħħa. Il-lukandi huma Cozy Rooms Hotel ta’ Tas-Sliema, Inħawi Boutique Hotel ta’ San Ġiljan u Charleston Heights Residence tan-Naxxar li kollha huma proprjetà ta’ membri mill-familja tal-futbol. Minħabba din l-inizjattiva, ir-rati normali ta’ kuljum traħħsu b’mod sinifikati, bl-ispejjeż neċessarji se jkunu koperti mill-MFA bħala parti mill-programm Football for Life li hu l-fond ta’ responsabbiltà soċjali.