In-numru ta’ każi ta’ Covid-19 f’Bergamo fl-Italja huma ħafna, u ħafna wkoll il-vittmi minn dan ir-reġjun. Fosthom, Don Giuseppe Berardelli ta’ 72 sena.
Don Giuseppe miet wara li ta l-maskla tan-nifs li xtrawlu l-parruċċjani tiegħu lil pazjent żagħżugħ minflok ma użaha hu.
Berardelli huwa wieħed minn madwar 50 saċerdot li tilef ħajtu fl-Italja kawża tal-Covid-19.
Don Giuseppe kien il-kappillan tar-raħal ta’ Casnigo, u miet fl-isptar Lovere f’Bergamo stess. Huwa ma setax jingħata l-aħħar tislima permezz ta’ funzjoni fil-parroċċa tiegħu madankollu l-parruċċjani ħarġu fit-twieqi tagħhom biex isellmulu għall-aħħar darba hekk kif it-tebut tiegħu kien qed jittieħed biex jindifen.
//= $special ?>