Mill-inqas 50,000 ħaddiem impjegati mal-privat, mhu se jiehdu zejn mill-pakkett li habbar il-Gvern. Il-massimu ta’ €800 se tkun qed tinghata lil 60,000 persuna. 50,000 ħaddiem ieħor se jkun qed jieħu sa massimu ta’ €147 fix-xahar.
L-ażjendi affettwati fl-eqqel ta’ din il-kriżi minħabba li kellhom iwaqqfu ħesrem l-operat tagħhom, jinkludu l-lukandi, ristoranti, ċerti retail outlets, aġenziji tal-ivvjaġġar, operaturi ta’ trasport, stabbilimenti tad-divertiment, kumpaniji tal-kiri tal-karozzi, stabbilimenti kummerċjali, security, aġenziji ta’ reklutaġġ, barbiera, beauticians u hairdressers.
L-ażjendi li jieħdu t-€800 tal-Gvern iridu jiggarantixxu li joffru tal-anqas €400 oħra fix-xahar, sabiex il-ħaddiema jkollhom €1,200 garantiti.
B’kuntrast….il-ħaddiema fis-setturi l-oħrajn li kienu affettwati minn konsum imnaqqas, u li jgħoddu total ta’ 50,000 post tax-xogħol jew 30% tas-settur privat, se jkunu qed jingħataw biss €147 fix-xahar.
Din l-għotja ta’ €147 se tkun għal ħaddiema li joperaw f’negozji u fabbriki bħal birreriji u produtturi tal-inbid, furnara u produtturi tal-ikel, fabbriki tat-tessuti, fabbriki li jipproċessaw il-laħam, it-tiġieġ, fabbriki tal-ħalib, min jaħdem fl-ipproċessar tal-patata u l-ikel tal-annimali, dulċiera, ħwienet tal-laħam, ħut, tal-frott u tal-ħaxix.
Servizzi oħrajn jinkludu ukoll dawk tal-istampar, industriji marbuta maż-żebgħa u l-plastik, fabbriki tal-ħġieġ, fabbriki tas-siment, negozji li jaħdmu l-ħadid, fabbriki li jipproduċu komponenti elettroniċi, mastrudaxxi, fabbriki tal-aluminium, ġojjeleriji, ħwienet tad-deheb u l-ġojjelleriji, ħwienet tal-apparat tad-dawl, showrooms tal-karozzi u ħwienet tal-kompjuters – kollha se jieħdu l-€147 biss fix-xahar.
Il-kumpaniji Għawdxin u min hu self employed waħdu… mhux fis-settur turistiku… se jieħdu ħaqq jumejn paga fil-ġimgħa, ċioè €294 fix-xahar. Filwaqt li dawk is-self employed li jimpjegaw in-nies magħhom se jieħdu tliet ijiem tal-paga minima fil- ġimgħa, ċioè €441 fix-xahar.
Net News jinsab ukoll infurmat li negozju ghadu ma jistax japplika ghal dan il-pakkett ta’ ghajnuna ghaliex l-applikazzjoni mhix online. Dan meta hafna sal-ahhar tal-gimgha suppost iridu johorgu l-pagi tal-impjegati taghhom.
//= $special ?>