Lokali Parlament

100,000 ħaddiem ma jistax japplikaw id-distanza soċjali

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li l-miżuri tal-Gvern wasslu biex 100,000 ħaddiem ma jistax japplikaw il-kunċett ta’ distanza soċjali.

Fil-parlament Claudio Grech tkellem dwar ir-riskji marbuta mal-investiment u qal li s-sidien iħarsu lejn il-kumpniji tagħhom qishom it-trobbija tat-tfal tagħhom. Il-Gvern kellu jgħin lin-negozji biex ikunu salvati l-impjiegi.

Hu tkellem dwar l-importanza li l-impjegati jħarsu s-saħħa tagħhom u tal-familji u qal li l-pakkett li ħabbar il-Gvern jinkludi proposti tal-Oppożizzjoni. Id-deputat Nazzjonalista qal li t-tielet pakkett iffoka fuq 60,000 ħaddiema iżda ħalla 100,000 ħaddiema bla għajnuna suffiċjenti.

Għal dawn il-100,000 ħaddiem ma japplikax il-kunċett tad-distanza soċjali. Fost dawn hemm il-ħaddiema fil-manifattura, sostna Claudio Grech, li kompla li dawn il-ħaddiema jridu jmorru għax-xogħol. Fuq bażi ta’ saħħa pubblika, il-Gvern għandu jestendi l-faċilità li ta lis-60,000 ħaddiem għall-100,000 ħaddiem l-ieħor.