Internazzjonali

Coronavirus: Aktar imwiet fi Spanja milli fiċ-Ċina

Iċ-ċifra tal-mewt mill-coronavirus fi Spanja għaddiet dik taċ-Ċina – b’dan il-pajjiż Ewropew isir it-tieni Stat fid-dinja (wara l-Italja) bl-ogħla ċifra ta’ vittmi.

L-aħħar statistika minn Madrid qed turi li l-imwiet mill-Covid-19 fi Spanja laħqu mat-3,434 – bin-numru jiżdied b’738 f’perjodu ta’ 24 siegħa biss. L-ispinta fl-imwiet hi l-ogħla għal ġurnata waħda mindu Spanja ntlaqtet mill-coronavirus.

Skont l-aħħar ċifri, in-numru ġenerali tal-infezzjonijiet fi Spanja żdiedu minn 39,673 għal 47,610 każ.

L-aħħar data miġbura minn Johns Hopkins University tikkonferma li, sat-Tlieta, kienu mietu bil-coronavirus talanqas 6,820 persuna fl-Italja  u 3,285 fiċ-Ċina.