Coronavirus Sport

Federer b’donazzjoni għall-familji vulnerabbli fl-Iżvizzera

(Ritratt: EPA)

Roger Federer ingħaqad ma’ numru ta’ atleti li fl-aħħar ġranet għenu lil dawk l-aktar vulnerabbli fl-eqqel tal-pandemija tal-coronavirus. Federer flimkien mal-mara tiegħu taw d-donazzjoni ta’ €944,000 lill-familji vulnerabbli fl-Iżvizzera. F’messaġġ fuq Twitter, Federer qal li dawn huma żminijiet ta’ sfida għal kulħadd u ħadt m’għandu jkun żvanttaġat f’ mumenti bħal dawn.

Kemm Lionel Messi ta’ Barcelona u anke l-kowċ ta’ Manchester City, Pep Guardiola taw kull wieħed s-somma ta’ miljun ewro biex jgħinu kliniċi u ċentri mediċi fil-ġlieda tagħhom kontra l-coronavirus. Cristiano Ronaldo flimkien mal-aġent tiegħu Jorge Mendes xtraw apparat biex jintuża fl-isptarijiet fil-Portugall.

S’issa fl-Iżvizzera hemm 9,900 każ ikkonfermat tal-coronavirus u 122 mejta kawża tal-istess virus. Federer rebbieħ ta’ 20 Grand Slam fil-karriera tiegħu qiegħed jirkupra minn operazzjoni li twettqet f’irkoptu u kien qiegħed jittamaw li jirritorna fil-Grand Slam ta’ Wimbledon.