Lokali Parlament

Il-Gvern ħalla 100,000 ħaddiem barra mill-għajnuna

– Kristy Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li iktar minn 100,000 ħaddiema fis-settur privat kienu eliminati mill-għajnuna tal-Gvern; dawn ukoll għandhom kriżi fl-operat tagħhom.

Fil-parlament Kristy Debono qalet li din l-epidemija se tolqot lis-settur kollha iżda mhux kollha bl-istess rata tant li hemm setturi li issa jinsabu diġà wieqfa. Hi sostniet li l-Gvern mhux jimplimenta biżżejjed miżuri u qalet li s-servizzi professjonali se jkunu milquta bil-kbir iżda ma jidher li hemm l-ebda għajnuna mill-Gvern.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li n-negozji jinvestu dak li jaqilgħu u jekk il-Gvern ried isalva l-impjiegi, kellu jagħmel inċentivi ta’ diversfikazzjoni. Hi sostniet li n-negozji ma jistgħux iħallsu l-ispejjeż u jħallsu l-impjegat meta m’hemmx introjtu.

Għalhekk il-Gvern għandu joħroġ direzzjonijiet lill-banek biex is-self tan-negozju u tal-ħaddiema jkunu protetti. Il-Gvern għandu jitkellem dwar il-kirjiet, is-self bankarji u dwar id-diversifkazzjoni meħtieġa.